Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Marzu 2022

X'inhuma l-punti ewlenin?

Il-gwerra fl-Ukraina tagħmel il-futur qrib inċert ħafna

L-invażjoni Russa tal-Ukraina tagħmel l-enerġija aktar għalja, tfixkel il-kummerċ u hi ta’ piż għall-fiduċja tan-nies. It-tkabbir ekonomiku se jkun aktar bil-mod milli kien mistenni qabel ma faqqgħet il-gwerra.

L-ekonomija għandha xorta tikber b'mod robust fl-2022

Ħafna nies għandhom impjiegi u l-familji għandhom jaqilgħu dħul ogħla u jonfqu aktar. Ir-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija qed jitneħħew u l-problemi tal-provvista qed jibdew jonqsu.

L-inflazzjoni se tibqa' għolja għalissa, iżda eventwalment terġa' tinżel.

Il-prezzijiet tal-enerġija komplew għolew, anki minħabba l-gwerra. Qed jiżdiedu wkoll il-prezzijiet tal-ikel u ħafna oġġetti u servizzi oħra. Għalkemm m'hemmx biżżejjed ħaddiema f'aktar u aktar setturi, il-pagi għadhom mhumiex qed jikbru aktar malajr.

X’inhuma l-punti ewlenin?

Qed innaqqsu gradwalment ix-xiri nett tal-assi tagħna

Nistgħu nikkonkluduh fit-tielet trimestru jekk id-data turi li l-prospetti għall-inflazzjoni mhux se jkunu debboli. Kwalunkwe bidla fir-rati tal-imgħax tagħna tiġi biss ftit taż-żmien wara t-tmiem tax-xiri nett tal-assi tagħna u tkun gradwali.

Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?

L-ekonomija għandha tikber b'mod robust, għalkemm aktar bil-mod għall-ewwel minħabba l-gwerra.

Tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro fl-2021 u projezzjonijiet għall-2022 u s-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2022)

L-inflazzjoni se tibqa' għolja għal aktar żmien milli mistenni iżda eventwalment tinżel għall-mira tagħna ta' 2%.

Inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2021 u projezzjonijiet għall-2022 u s-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Marzu 2022)

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?