Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Diċembru 2016

28 ta' Diċembru 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Diċembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 nieqsa l-partiti 7, 8 u 9) naqset b’EUR 1.1 biljun għal EUR 277.8 biljun.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 322.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 1,126.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 35.8 biljun għal EUR 133.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 37.9 biljun għal EUR 166.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 36.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 32.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 4.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.7 biljun. Barra dan, EUR 14.2 biljun provduti fl-ewwel sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-I) ġew rimborżati qabel il-maturità. Barra minn hekk, ġiet konkluża t-tielet offerta ta’ EUR 62.2 biljun b’maturità ta’ 1,456 jum fit-tieni sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-II).

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 422.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 418.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 15.5 biljun għal EUR 1,659.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-23 ta’ Diċembru 2016 Differenza mqabbla mas-16 ta’ Diċembru 2016 – xiri Differenza mqabbla mas-16 ta’ Diċembru 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 12.8 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 6.9 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 204.1 biljun +EUR 0.4 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 23.0 biljun +EUR 0.1 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv EUR 51.2 biljun +EUR 0.6 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 1,259.4 biljun +EUR 15.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 102.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 51.2 biljun għal EUR 930.9 biljun.

Attiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb 412,635 0
2 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 317,771 −1,685
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,129 −374
  2.2 Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra 240,642 −1,311
3 Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 35,535 −1,329
4 Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 18,273 179
  4.1 Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self 18,273 179
  4.2 Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 589,801 42,364
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament 32,877 −3,945
  5.2 Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal 556,570 46,102
  5.3 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  5.4 Operazzjonijiet irriversjati strutturali 0 0
  5.5 Faċilità tas-self marġinali 353 207
  5.6 Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 0 0
6 Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 71,658 −8,179
7 Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro 1,982,339 15,237
  7.1 Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja 1,659,471 15,484
  7.2 Titoli oħra 322,869 −248
8 Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,437 0
9 Assi oħra 231,259 8,389
Attiv totali 3,685,708 54,976
Passiv (miljuni ta’ EUR) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri.
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,126,737 9,368
2 Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,353,785 55,685
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) 930,862 51,197
  2.2 Faċilità tad-depożitu 422,873 4,463
  2.3 Depożiti b’terminu fiss 0 0
  2.4 Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura 49 24
3 Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro 8,816 3,929
4 Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn 0 0
5 Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro 238,016 −33,834
  5.1 Amministrazzjoni pubblika 133,075 −35,831
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 104,941 1,998
6 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro 145,688 18,352
7 Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 6,993 −129
8 Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija 10,431 −1,806
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,431 −1,806
  8.2 Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II 0 0
9 Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI 58,132 0
10 Obbligazzjonijiet oħra 219,038 3,411
11 Kontijiet ta’ rivalutazzjoni 418,545 0
12 Kapital u riżervi 99,527 0
Passiv totali 3,685,708 54,976
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja