Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Settembru 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Settembru 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.0 biljun għal EUR 274.0 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
22 ta’ Settembru 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 290 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 331.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 1,092.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13.8 biljun għal EUR 171.0 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.6 biljun għal EUR 163.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 41.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 362.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 365.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 1,420.3 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-23 ta’ Settembru 2016 | Differenza mqabbla mas-16 ta’ Settembru 2016 – xiri | Differenza mqabbla mas-16 ta’ Settembru 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 15.6 biljun | - | -EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.3 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 193.9 biljun | +EUR 1.0 biljun | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.3 biljun | +EUR 0.2 biljun | -EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 27.9 biljun | +EUR 2.3 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 1,049.7 biljun | +EUR 15.4 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) | EUR 105.7 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.5 biljun għal EUR 764.4 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 413,142 | 1 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 314,526 | 2,268 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,258 | −39 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 237,269 | 2,307 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 29,609 | −262 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,757 | 770 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 17,757 | 770 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 525,976 | 1,624 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 43,178 | 1,597 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 482,726 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 72 | 27 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 89,957 | −3,973 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,751,574 | 16,742 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 1,420,301 | 18,144 | |
7.2 | Titoli oħra | 331,273 | −1,402 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 222,383 | 1,860 | |
Attiv totali | 3,391,402 | 19,029 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,092,210 | −2,121 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,127,196 | −6,412 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 764,395 | −3,474 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 362,790 | −2,902 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 11 | −36 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,860 | −10 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 273,555 | 14,697 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 171,011 | 13,755 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 102,543 | 942 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 93,424 | 9,420 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 2,908 | −118 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 8,762 | 110 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,762 | 110 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 209,242 | 3,462 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 100,835 | 0 | |
Passiv totali | 3,391,402 | 19,029 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja