Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta’ Mejju 2016

24 ta' Mejju 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Mejju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 262.5 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ Mejju 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1,005 miljun USD 1,005 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 346.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 1,075.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 48.1 biljun għal EUR 150.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 0.1 biljun għal EUR 200.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Mejju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 51.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 49.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess imqabbel mal-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 307.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 309.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 17.8 biljun għal EUR 1,113.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-20 ta’ Mejju 2016

Differenza mqabbla

mat-13 ta’ Mejju 2016 – xiri

Differenza mqabbla

mat-13 ta’ Mejju 2016 – fidi

Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.0 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 8.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 176.2 biljun +EUR 1.5 biljun -EUR 0.6 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.1 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 780.1 biljun +EUR 16.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 111.0 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 31.3 biljun għal EUR 604.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 377,277 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 297,560 −1,147
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 76,770 −186
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
220,789 −960
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,895 1,233
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,010 383
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,010 383
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 508,590 −1,482
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 49,947 −1,493
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 458,532 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 111 11
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,274 2,898
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,460,739 17,767
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 1,113,808 17,846
  7.2 Titoli oħra 346,931 −79
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,979 0
9 Assi oħra 216,777 1,608
Assi Totali 3,054,101 21,261
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,075,549 −2,464
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 911,931 −32,874
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 604,106 −31,301
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 307,601 −1,558
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 224 −15
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,163 145
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 247,489 47,474
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 150,808 48,116
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 96,680 −642
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,176 3,208
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,302 489
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,098 183
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,098 183
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 57,542 0
10 Passiv ieħor 211,887 5,199
11 Kont tar-rivalutazzjoni 375,994 0
12 Kapitali u riżervi 98,971 −98
Total tal-passiv 3,054,101 21,261
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja