Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-18 ta’ Marzu 2016

22 ta' Marzu 2016

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Marzu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.9 biljun għal EUR 267.7 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Marzu 2016 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 74 miljun USD 53 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 350.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 1,066.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 43.3 biljun għal EUR 151.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 14.4 biljun għal EUR 269.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 60.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 59.7 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 246.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 262.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 965.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-18 ta’ Marzu 2016 Differenza mqabbla mal-11 ta’ Marzu 2016 – xiri Differenza mqabbla mal-11 ta’ Marzu 2016 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 19.6 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 8.8 biljun - -EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 163.4 biljun +EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 19.2 biljun +EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 632.9 biljun +EUR 12.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) EUR 121.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 17.0 biljun għal EUR 539.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 338,713 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 307,853 912
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,656 −16
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
228,196 928
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,530 −2,635
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,446 −662
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,446 −662
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 516,443 −1,132
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 59,675 −1,133
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 456,744 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 24 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,184 686
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,315,383 13,920
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 965,222 14,242
  7.2 Titoli oħra 350,161 −322
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,065 0
9 Assi oħra 215,581 2,789
Assi Totali 2,886,198 13,877
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,066,806 754
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 785,997 −32,478
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 539,194 −16,981
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 246,734 −15,466
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 69 −30
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,758 −18
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 243,712 41,717
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 151,673 43,294
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 92,038 −1,578
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,727 2,995
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,680 −1,108
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,863 271
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,863 271
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,179 0
10 Passiv ieħor 212,105 1,744
11 Kont tar-rivalutazzjoni 346,172 0
12 Kapitali u riżervi 98,199 0
Total tal-passiv 2,886,198 13,877
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja