European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Ottubru 2015

27 ta' Ottubru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Ottubru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 262.7 biljun.

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
22 ta’ Ottubru 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 140 miljun USD 140 miljun

Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 360.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 1,050.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 17.3 biljun għal EUR 131.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 13.9 biljun għal EUR 362.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ottubru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 65.9 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem. Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, EUR 0.1 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 169.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 159.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.2 biljun għal EUR 683.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-23 ta’ Ottubru 2015 Differenza mqabbla mas-16 ta’ Ottubru 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-16 ta’ Ottubru 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 21.5 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 128.1 biljun +EUR 2.0 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 14.7 biljun +EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 383.1 biljun +EUR 12.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 125.5 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 18.7 biljun għal EUR 444.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 348,849 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 287,338 916
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,623 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
208,715 916
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,540 −230
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,380 229
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,380 229
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 532,321 −3,602
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 65,908 −3,611
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 466,348 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 65 9
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 137,025 118
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,043,329 15,246
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 683,174 14,238
  7.2 Titoli oħra 360,155 1,008
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,152 0
9 Assi oħra 218,297 −1
Assi Totali 2,653,233 12,676
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,050,580 −2,238
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 613,773 −8,348
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 444,230 −18,670
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 169,391 10,329
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 152 −7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,007 95
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 216,445 20,876
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 131,645 17,255
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 84,800 3,621
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 38,319 −1,470
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,057 15
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,918 757
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,918 757
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0
10 Passiv ieħor 214,995 2,989
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0
12 Kapitali u riżervi 97,202 0
Total tal-passiv 2,653,233 12,676
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja