Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-2 ta’ Ottubru 2015

7 ta' Ottubru 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-2 ta’ Ottubru 2015 it-tnaqqis ta’ EUR 15.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kien dovut għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.3 biljun għal EUR 263.4 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
1 ta’ Ottubru 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 142 miljun USD 143 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 359.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 1,054.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 26.7 biljun għal EUR 88.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.1 biljun għal EUR 391.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 71.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 72.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 17.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.8 biljun. Barra minn hekk, ġiet konkluża operazzjoni speċifika ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO) ta’ EUR 15.5 biljun b’maturità ta’ 1,092 jum.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.6 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 148.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 123.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 11.4 biljun għal EUR 642.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-2 ta’ Ottubru 2015 Differenza mqabbla mal-25 ta’ Settembru 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-25 ta’ Settembru 2015 – fidi Differenza mqabbla mal-25 ta’ Settembru 2015 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.0 biljun - -EUR 0.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.4 biljun - -EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 122.8 biljun +EUR 3.0 biljun -EUR 0.1 biljun -EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 13.1 biljun +EUR 0.5 biljun -EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 346.3 biljun +EUR 9.7 biljun - -EUR 1.3 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 127.9 biljun - - +EUR 0.3 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 15.8 biljun għal EUR 473.3 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2015 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,002.365 kull uqija fina

USD: 1.1203 kull EUR

JPY: 134.69 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2522 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 348,849 0 −15,606
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 287,896 −1,999 −1,747
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 78,917 73 −311
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
208,980 −2,071 −1,436
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,993 1,216 −130
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,541 455 −44
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,541 455 −44
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 539,538 12,209 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 72,551 1,474 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 466,348 10,121 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 640 614 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 137,146 −1,257 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,001,661 11,835 −167
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 642,538 12,787 −1,361
  7.2 Titoli oħra 359,122 −952 1,194
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,152 0 −24
9 Assi oħra 224,058 1,431 32
Assi Totali 2,626,835 23,891 −17,687
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,054,220 2,594 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 621,763 41,177 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 473,281 15,826 0
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 148,326 25,338 0
  2.3 Depożiti fissi 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 155 13 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,046 172 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 167,615 −26,379 0
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 88,701 −26,678 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 78,914 298 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,337 7,079 1
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,022 10 −46
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,297 −936 −97
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,297 −936 −97
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,202 0 −254
10 Passiv ieħor 217,397 175 −603
11 Kont tar-rivalutazzjoni 350,735 0 −16,688
12 Kapitali u riżervi 97,201 0 0
Total tal-passiv 2,626,835 23,891 −17,687

Kuntatti midja