Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-21 ta’ Awwissu 2015

25 ta' Awissu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Awwissu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 262.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta' Awwissu 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 132 miljun USD 132 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 358.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 1,054.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 50.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 15.7 biljun għal EUR 363.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 69.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 69.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 169.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 154.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 8 biljun għal EUR 560.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-21 ta’ Awwissu 2015 Differenza mqabbla mal-14 ta’ Awwissu 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-14 ta’ Awwissu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.6 biljun - -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 109.2 biljun +EUR 1.3 biljun -EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 11.2 biljun +EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 279.8 biljun +EUR 9.9 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 127.6 biljun - -EUR 3.0 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 4.6 biljun għal EUR 428.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,458 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 292,265 2,035
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,207 73
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
213,058 1,962
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 36,908 −2,226
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,436 −259
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,436 −259
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 533,190 −825
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 69,563 −111
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 463,525 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 101 −714
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,959 −3,391
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 919,015 7,127
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 560,849 8,032
  7.2 Titoli oħra 358,166 −905
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,177 0
9 Assi oħra 228,847 4,847
Assi Totali 2,549,254 7,307
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,054,526 −4,322
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 597,880 19,548
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 428,592 4,629
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 169,139 14,913
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 149 6
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,189 −293
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,942 −4,973
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 50,147 −2,629
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 66,795 −2,344
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,961 −5,790
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,353 −39
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,548 −630
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,548 −630
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 207,583 3,806
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 98,394 0
Total tal-passiv 2,549,254 7,307
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja