Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ Awwissu 2015

18 ta' Awissu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Awwissu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.5 biljun għal EUR 262.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
13 ta' Awwissu 2015  Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 228 miljun USD 132 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 359.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 1,058.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 13.7 biljun għal EUR 52.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 17.2 biljun għal EUR 379.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 71 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 69.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 154.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 137.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 11.9 biljun għal EUR 552.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-14 ta’ Awwissu 2015 Differenza mqabbla mas-7 ta’ Awwissu 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-7 ta’ Awwissu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.5 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 108.1 biljun +EUR 1.4 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 11.0 biljun +EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 269.9 biljun +EUR 10.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 130.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 19.9 biljun għal EUR 424 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,458 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 290,230 −100
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,134 2
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
211,096 −102
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,134 −762
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,695 −267
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,695 −267
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 534,015 −721
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 69,674 −1,332
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 463,525 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 816 611
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 133,350 −4,388
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 911,888 12,697
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 552,817 11,923
  7.2 Titoli oħra 359,071 774
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,177 4
9 Assi oħra 224,000 −1,150
Assi Totali 2,541,947 5,313
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,058,848 −526
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 578,332 −3,434
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 423,963 −19,938
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 154,226 16,501
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 142 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,482 259
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,915 16,239
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 52,775 13,696
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 69,139 2,543
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,751 −650
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,392 −300
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,177 −106
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,177 −106
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 203,777 −6,169
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 98,394 0
Total tal-passiv 2,541,947 5,313

Kuntatti midja