Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-10 ta’ Lulju 2015

14 ta' Lulju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Lulju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.0 biljun.

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
9 ta’ Lulju 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 155.0 miljun USD 308.0 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal EUR 365.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 1,050.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 96.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.6 biljun għal EUR 417.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 76.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 74.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 123.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 112.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.3 biljun għal EUR 491.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-10 ta’ Lulju 2015 Differenza mqabbla mat-3 ta’ Lulju 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-3 ta’ Lulju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 98.2 biljun + EUR 2.2 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 9.3 biljun + EUR 0.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 216.3 biljun + EUR 11.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 134.4 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 8.8 biljun għal EUR 383.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 364,459 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 292,148 −619
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,504 5
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
211,644 −624
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 38,845 450
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,001 895
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,001 895
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 541,777 −2,327
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 74,463 −1,949
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 467,096 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 219 −378
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 136,952 2,061
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 857,465 12,361
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 491,914 14,299
  7.2 Titoli oħra 365,551 −1,938
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,643 −55
9 Assi oħra 229,906 −1,573
Assi Totali 2,508,195 11,193
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,050,583 3,180
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 507,347 2,524
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 383,404 −8,785
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 123,806 11,314
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 137 −5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,060 46
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 164,998 850
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 96,852 −1,533
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 68,146 2,383
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 36,764 4,767
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,291 273
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,202 −474
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,202 −474
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0
10 Passiv ieħor 210,678 26
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0
12 Kapitali u riżervi 98,392 0
Total tal-passiv 2,508,195 11,193

Kuntatti midja