Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ Lulju 2015

8 ta' Lulju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Lulju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 19.4 biljun minħabba l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali u b’EUR 81.0 miljun minħabba li bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biegħ deheb biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset bi EUR 12.0 biljun għal EUR 264.0 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv, kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
2 ta’ Lulju 2015   Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 115.0 miljun USD 155.0 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 367.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 8.4 biljun għal EUR 1,047.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 39.2 biljun għal EUR 98.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 37.7 biljun għal EUR 431.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 88.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 76.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 112.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 86.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.5 biljun għal EUR 477.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-3 ta’ Lulju 2015 Differenza mqabbla mas-26 ta’ Ġunju 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-26 ta’ Ġunju 2015 – fidi Differenza mqabbla mas-26 ta’ Ġunju 2015 – aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 22.8 biljun - - EUR 0.4 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 10.8 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 96.1 biljun + EUR 1.8 biljun - - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 8.9 biljun + EUR 0.3 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 204.7 biljun + EUR 10.2 biljun
+ EUR 11.4 biljun
- - EUR 0.6 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 134.4 biljun - - + EUR 0.4 biljun

Din it-tabella ġiet aġġornata fil-25 ta' Jannar 2018 biex jiġi kkoreġut żball tipografiku.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 2.9 biljun għal EUR 392.2 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2015 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 1,047.234 kull uqija fina

USD: 1.1189 kull EUR

JPY: 137.01 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.2573 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 364,459 −81 −19,426
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 292,767 −2,970 −10,919
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,499 3 −1,675
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
212,268 −2,973 −9,244
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 38,395 1,201 −1,483
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,106 −1,589 −117
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,106 −1,589 −117
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 544,104 −11,492 0
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 76,412 −11,822 0
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 467,096 0 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 597 330 0
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 134,891 181 12
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 845,104 12,533 −6,665
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 477,615 13,020 −547
  7.2 Titoli oħra 367,489 −487 −6,118
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,699 0 −44
9 Assi oħra 231,479 106 −1,789
Assi Totali 2,497,003 −2,111 −40,430
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
  i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,047,403 8,434 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 504,823 29,084 0
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 392,189 2,867 0
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 112,492 26,199 0
  2.3 Depożiti fissi 0 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 142 17 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,014 −150 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 164,148 −39,861 0
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 98,386 −39,209 0
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 65,763 −652 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 31,997 2,358 −9
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,018 −210 −57
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,676 −457 −259
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,676 −457 −259
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 59,456 0 −1,200
10 Passiv ieħor 210,652 −1,309 −3,031
11 Kont tar-rivalutazzjoni 367,423 0 −35,875
12 Kapitali u riżervi 98,392 0 0
Total tal-passiv 2,497,003 −2,111 −40,430
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja