Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Ġunju 2015

16 ta' Ġunju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Ġunju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.4 biljun għal EUR 274.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
11 ta’ Ġunju 2015 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 113.0 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 374.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,034.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 9.9 biljun għal EUR 72.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 3.1 biljun għal EUR 389.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 92.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 90.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 96.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 102.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 13.3 biljun għal EUR 442.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-12 ta’ Ġunju 2015 Differenza mqabbla mal-5 ta’ Ġunju 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-5 ta’ Ġunju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 24.8 biljun - - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.0 biljun - - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 89.9 biljun + EUR 2.6 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 8.2 biljun + EUR 0.7 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 170.2 biljun + EUR 10.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 138.1 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 31.3 biljun għal EUR 354.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 303,817 1,291
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,325 34
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
221,492 1,258
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 40,790 1,218
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,085 562
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,085 562
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 485,819 −2,170
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 90,393 −2,126
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,367 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 59 −44
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 133,157 −1,904
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 816,872 14,060
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 442,214 13,333
  7.2 Titoli oħra 374,658 727
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,742 0
9 Assi oħra 229,849 714
Assi Totali 2,442,098 13,772
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,034,145 −898
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 450,864 26,018
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 354,080 31,305
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 96,672 −5,393
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 112 107
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,575 252
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 135,441 −10,687
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 72,932 −9,919
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 62,509 −768
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,766 −1,880
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,513 371
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,339 −245
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,339 −245
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 216,729 840
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,773 0
Total tal-passiv 2,442,098 13,772

Kuntatti midja