Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-29 ta’ Mejju 2015

2 ta' Ġunju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-29 ta’ Mejju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 271.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 373.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.4 biljun għal EUR 1,032.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 82.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 7.6 biljun għal EUR 396.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 88.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 100.1 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 54.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 40.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 98.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 93.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 15.5 biljun għal EUR 413.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-29 ta’ Mejju 2015 Differenza mqabbla mat-22 ta’ Mejju 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-22 ta’ Mejju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.1 biljun - - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 85.1 biljun + EUR 2.3 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 7.2 biljun + EUR 1.0 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 146.7 biljun + EUR 12.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 138.1 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 12.6 biljun għal EUR 316.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 302,695 310
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 82,292 0
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
220,403 310
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,582 698
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,657 624
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,657 624
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 495,548 −1,680
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 100,104 11,706
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 395,367 −13,381
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 77 −5
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 131,583 81
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 786,953 15,228
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 413,509 15,541
  7.2 Titoli oħra 373,444 −313
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,742 −6
9 Assi oħra 228,938 −1,145
Assi Totali 2,416,664 14,111
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,032,017 4,371
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 415,123 18,530
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 316,216 12,609
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 98,901 5,917
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,240 −282
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 147,389 −9,652
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 82,752 −9,324
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 64,637 −328
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,652 361
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,327 −109
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,835 855
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,835 855
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 218,105 9
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,022 28
Total tal-passiv 2,416,664 14,111

Kuntatti midja