Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Mejju 2015

12 ta' Mejju 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Mejju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.5 biljun għal EUR 271.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 375.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 1,027.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 54.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 14.2 biljun għal EUR 395.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 108.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 95.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 108.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 107.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 16.4 biljun għal EUR 367.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-8 ta’ Mejju 2015 Differenza mqabbla mal-1 ta’ Mejju 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-1 ta’ Mejju 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.3 biljun - - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.3 biljun - - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 78.0 biljun + EUR 2.9 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 5.8 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 108.7 biljun + EUR 13.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 138.1 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.0 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 302,846 −1,658
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,059 −309
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
219,787 −1,349
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,470 1,080
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,126 387
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,126 387
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 504,035 −13,239
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 95,233 −13,252
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 408,748 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 54 13
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 128,556 1,449
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 742,287 17,381
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 367,221 16,378
  7.2 Titoli oħra 375,066 1,004
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 25,748 0
9 Assi oħra 229,820 −101
Assi Totali 2,377,854 5,300
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,027,319 764
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 407,502 −290
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 299,023 −1,213
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 108,480 925
  2.3 Depożiti fissi 0 0
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,489 60
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,366 3,638
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 54,351 4,066
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 62,015 −429
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 33,832 −838
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,249 −4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,087 969
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,087 969
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 216,958 1,002
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,098 0
Total tal-passiv 2,377,854 5,300
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja