Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-17 ta’ April 2015

21 ta' April 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ April 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.0 biljun għal EUR 272.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 376.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 1,018.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 7.8 biljun għal EUR 67.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 14.6 biljun għal EUR 423.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 108.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 96.6 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 90.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 88.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.2 biljun għal EUR 325.0 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-17 ta’ April 2015 Differenza mqabbla mal-10 ta’ April 2015 – xiri Differenza mqabbla mal-10 ta’ April 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.7 biljun - - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 69.7 biljun + EUR 2.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 5.5 biljun + EUR 0.3 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 73.3 biljun + EUR 11.6 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 139.4 biljun - - EUR 1.9 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 5.8 biljun għal EUR 282.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 303,006 −2,265
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,369 −21
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
219,638 −2,244
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 39,354 978
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,837 −1,768
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,837 −1,768
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 514,142 −11,756
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 96,559 −11,699
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 417,558 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 25 −58
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,735 753
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 701,787 10,946
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 324,958 12,220
7.2 Titoli oħra 376,829 −1,274
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,718 0
9 Assi oħra 232,518 −1,788
Assi Totali 2,344,062 −4,900
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,018,130 −2,867
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 373,607 8,667
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 282,638 5,809
2.2 Faċilità ta’ depożitu 90,608 2,646
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 361 213
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,511 −59
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125,957 −6,168
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,267 −7,752
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 58,690 1,584
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,411 −2,150
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,875 −52
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,552 −192
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,552 −192
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 214,054 −2,080
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,011 0
Total tal-passiv 2,344,062 −4,900
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja