Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-10 ta’ April 2015

14 ta' April 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ April 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 273.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 378.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 3.8 biljun għal EUR 1,021.0 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 75.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 2.4 biljun għal EUR 437.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ April 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 103.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 108.3 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 88.0 biljun (imqabbel ma’ EUR 85.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.0 biljun għal EUR 312.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-10 ta’ April 2015 Differenza mqabbla mat-3 ta’ April 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-3 ta’ April 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 25.9 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.4 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 67.2 biljun + EUR 2.5 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 5.3 biljun + EUR 0.4 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 61.7 biljun + EUR 9.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 141.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 13.5 biljun għal EUR 276.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 383,966 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 305,271 −972
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,390 −143
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
221,882 −829
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 38,376 1,002
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,605 269
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,605 269
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 525,898 4,652
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 108,257 4,670
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 417,558 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 83 −19
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,981 −3,147
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 690,841 11,503
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 312,738 12,007
7.2 Titoli oħra 378,103 −504
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,718 0
9 Assi oħra 234,306 1,529
Assi Totali 2,348,963 14,837
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,020,997 −3,757
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 364,940 15,715
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 276,829 13,494
2.2 Faċilità ta’ depożitu 87,962 2,100
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 148 121
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,570 −21
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 132,125 5,523
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 75,019 6,590
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 57,106 −1,067
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,561 786
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,927 146
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,744 149
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,744 149
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 60,656 0
10 Passiv ieħor 216,134 −3,705
11 Kont tar-rivalutazzjoni 403,298 0
12 Kapitali u riżervi 96,011 0
Total tal-passiv 2,348,963 14,837

Kuntatti midja