Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta’ Marzu 2015

24 ta' Marzu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Marzu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 2.6 biljun għal EUR 247.0 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 374.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 1,010.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 11.4 biljun għal EUR 67.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 0.1 biljun għal EUR 420.0 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 141.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 142.4 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 45.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 19.5 biljun għal EUR 268.8 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-20 ta’ Marzu 2015 Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – bejgħ Differenza mqabbla mat-13 ta’ Marzu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 26.1 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.5 biljun - EUR 0.1 biljun EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 60.0 biljun EUR 3.1 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 4.0 biljun EUR 0.3 biljun - -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 26.3 biljun EUR 16.6 biljun - -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.9 biljun għal EUR 229.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,839 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 279,314 −509
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 77,400 −3,400
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
201,913 2,891
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,119 −1,973
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,901 562
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 24,901 562
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 465,609 316
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 142,401 562
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,959 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 247 −235
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −11
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,662 −2,956
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 643,424 19,416
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 268,838 19,460
7.2 Titoli oħra 374,586 −45
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 223,309 868
Assi Totali 2,157,841 15,725
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,010,877 83
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 275,239 7,286
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 229,582 6,866
2.2 Faċilità ta’ depożitu 45,653 416
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 4 4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,207 19
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,130 16,643
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,171 11,413
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 50,958 5,230
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,865 −7,058
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,060 239
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,030 −171
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,030 −171
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 208,641 −1,316
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,521 0
Total tal-passiv 2,157,841 15,725
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja