Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-13 ta’ Marzu 2015

17 ta' Marzu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-13 ta’ Marzu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 27 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.9 biljun għal EUR 249.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 374.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 1,010.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 55.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 3.3 biljun għal EUR 420.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 147.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 141.8 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 45.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 47.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 12.2 biljun għal EUR 249.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-13 ta’ Marzu 2015 Differenza mqabbla mas-6 ta’ Marzu 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-6 ta’ Marzu 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 26.1 biljun - EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.9 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 56.9 biljun EUR 2.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 3.8 biljun EUR 0.1 biljun -
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku EUR 9.8 biljun EUR 9.8 biljun
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 16.2 biljun għal EUR 222.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,840 −27
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 279,822 2,472
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,800 1,324
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
199,022 1,148
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,092 0
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 24,339 1,467
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 24,339 1,467
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 465,292 −5,568
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 141,839 −6,014
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,959 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 483 441
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 11 5
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 120,618 −797
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 624,008 10,127
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 249,377 12,241
7.2 Titoli oħra 374,631 −2,114
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 222,440 −375
Assi Totali 2,142,116 7,298
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,010,794 1,064
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 267,953 13,931
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 222,716 16,156
2.2 Faċilità ta’ depożitu 45,237 −2,225
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,189 −98
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 101,487 −10
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 55,758 −478
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 45,729 468
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 54,923 −2,577
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,820 −246
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,201 847
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,201 847
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 209,957 −5,660
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,520 48
Total tal-passiv 2,142,116 7,298

Kuntatti midja