Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-6 ta’ Marzu 2015

10 ta' Marzu 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Marzu 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.2 biljun għal EUR 247.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 376.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 1,009.7 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 3.8 biljun għal EUR 56.2 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 28.2 biljun għal EUR 423.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Marzu 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 165.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 147.8 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 47.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 37.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 3.0 biljun għal EUR 237.1 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-6 ta’ Marzu 2015 Differenza mqabbla mas-27 ta’ Frar 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-27 ta’ Frar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 26.5 biljun - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 11.9 biljun - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 54.2 biljun EUR 3.0 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 3.6 biljun EUR 0.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 28.4 biljun għal EUR 206.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 277,351 −1,188
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,477 77
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
197,874 −1,265
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,092 2,049
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,872 849
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,872 849
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 470,860 −17,798
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 147,853 −17,499
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 322,959 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 42 −284
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 6 −16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,414 −3,455
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 613,881 2,296
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 237,136 2,960
7.2 Titoli oħra 376,745 −664
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 222,816 −3,770
Assi Totali 2,134,819 −21,018
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,009,730 2,768
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 254,023 −18,009
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 206,561 −28,404
2.2 Faċilità ta’ depożitu 47,462 10,395
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,287 −17
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 101,497 4,123
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,237 3,849
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 45,261 274
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,500 −4,979
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,066 −131
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,353 −254
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,353 −254
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 215,617 −4,527
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,473 9
Total tal-passiv 2,134,819 −21,018

Kuntatti midja