European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-20 ta᾿ Frar 2015

24 ta' Frar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta᾿ Frar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f᾿deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f᾿munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b᾿EUR 1.3 biljun għal EUR 245.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m᾿għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta᾿ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f᾿ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b᾿EUR 1.5 biljun għal EUR 378.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b᾿EUR 0.6 biljun għal EUR 1,005.0 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b᾿EUR 14.5 biljun għal EUR 70.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b᾿EUR 5.8 biljun għal EUR 460.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta᾿ Frar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta᾿ rifinanzjament ta᾿ EUR 104.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta᾿ EUR 122.1 biljun b᾿maturità ta᾿ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 16.2 biljun minn operazzjoni ta᾿ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta᾿ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma᾿ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta᾿ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta᾿ EUR 42.0 biljun (imqabbel ma᾿ EUR 45.4 biljun fil-ġimgħa ta᾿ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f᾿ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b᾿EUR 2.1 biljun għal EUR 231.5 biljun. It-tabella ta᾿ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b᾿kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-20 ta᾿ Frar 2015 Differenza mqabbla mat-13 ta᾿ Frar 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-13 ta᾿ Frar 2015 – fidi
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 1 EUR 26.9 biljun - EUR 0.2 biljun
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 2 EUR 12.0 biljun - EUR 0.6 biljun
Programm ta᾿ xiri ta᾿ bonds garantiti 3 EUR 48.7 biljun EUR 2.8 biljun EUR 0.1 biljun
Programm ta᾿ xiri ta᾿ titoli koperti b᾿assi EUR 3.0 biljun EUR 0.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 140.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta᾿ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b᾿EUR 2.5 biljun għal EUR 229.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 275,665 1,850
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 79,724 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
195,940 1,852
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,394 −1,298
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,663 1,318
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,663 1,318
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 502,548 2,396
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 122,114 17,576
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 379,223 −16,179
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,205 994
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 5 5
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,901 5,617
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 610,134 3,647
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 231,525 2,140
7.2 Titoli oħra 378,609 1,507
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,665 0
9 Assi oħra 230,958 1,141
Assi Totali 2,167,794 14,670
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,005,000 −592
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 271,373 −941
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 229,346 2,485
2.2 Faċilità ta’ depożitu 41,984 −3,445
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 43 19
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,318 −59
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,168 18,414
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 70,459 14,475
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 39,708 3,939
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,350 −6,109
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,945 −88
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,020 −612
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,020 −612
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 218,884 4,656
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,464 1
Total tal-passiv 2,167,794 14,670
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja