Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-23 ta’ Jannar 2015

27 ta' Jannar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Jannar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.7 biljun għal EUR 243.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.0 biljun għal EUR 374.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 1,002.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 16.2 biljun għal EUR 81.0 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 9.4 biljun għal EUR 517.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 114.0 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 125.3 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 13.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 1.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 54.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 65.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 3.9 biljun għal EUR 224.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-23 ta’ Jannar 2015 Differenza mqabbla mas-16 ta’ Jannar 2015 – xiri Differenza mqabbla mas-16 ta’ Jannar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.2 biljun - EUR 0.3 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.7 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 37.2 biljun EUR 4.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 2.3 biljun EUR 0.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 34.1 biljun għal EUR 189.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 274,917 1,930
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,268 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
193,649 1,932
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 32,860 −338
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,513 −997
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,513 −997
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 572,145 −1,678
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 125,256 11,270
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 445,266 −13,864
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,623 916
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,705 −311
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 599,553 4,930
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 224,661 3,946
7.2 Titoli oħra 374,893 984
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,715 0
9 Assi oħra 232,521 −1,962
Assi Totali 2,159,796 1,574
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,002,309 871
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 243,754 −45,181
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 189,258 −34,061
2.2 Faċilità ta’ depożitu 54,493 −11,078
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 −43
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,748 −1,139
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 114,706 20,012
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 81,048 16,178
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 33,658 3,834
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 86,745 26,457
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,637 −34
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,378 −78
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,378 −78
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 216,002 77
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 95,245 590
Total tal-passiv 2,159,796 1,574
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja