Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-16 ta’ Jannar 2015

20 ta' Jannar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Jannar 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 241.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 373.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 1,001.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 7.9 biljun għal EUR 64.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 3.7 biljun għal EUR 508.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 112.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 114.0 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 14.2 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 65.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 73.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 220.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-16 ta’ Jannar 2015 Differenza mqabbla mad-9 ta’ Jannar 2015 – xiri Differenza mqabbla mad-9 ta’ Jannar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.5 biljun - EUR 0.4 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.7 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 33.1 biljun EUR 1.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 2.1 biljun EUR 0.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 19.0 biljun għal EUR 223.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,867 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 272,987 369
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,270 −193
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
191,717 562
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,199 602
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,510 −867
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,510 −867
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 573,823 −11,823
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 113,986 1,651
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 459,130 −14,155
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 707 705
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −24
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,016 645
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 594,623 1,418
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 220,715 1,767
7.2 Titoli oħra 373,908 −348
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,715 0
9 Assi oħra 234,483 −945
Assi Totali 2,158,222 −10,600
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,001,438 −5,425
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 288,935 −27,161
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 223,319 −19,032
2.2 Faċilità ta’ depożitu 65,571 −8,131
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 46 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,888 619
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 94,694 9,779
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,869 7,928
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 29,825 1,851
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 60,288 9,495
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,671 −761
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,456 1,424
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,456 1,424
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 215,925 1,431
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 94,655 0
Total tal-passiv 2,158,222 −10,600

Kuntatti midja