Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-9 ta’ Jannar 2015

13 ta' Jannar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-9 ta’ Jannar 2015 iż-żieda ta’ EUR €52 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta l-aktar għax-xiri ta’ deheb minn Lietuvos bankas sabiex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu għall-assi f’riżervi barranin tal-BĊE skont l-Artikolu 30.1 u l-Artikolu 48.1 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 2.3 biljun għal EUR 241.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 374.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 10.2 biljun għal EUR 1,006.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 13-il biljun għal EUR 56.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 56.2 biljun għal EUR 511.9 biljun. Nhar it-Tlieta 6 ta’ Jannar 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 156.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 112.3 biljun b’maturità ta’ tmint ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 73.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 61.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 218.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-9 ta’ Jannar 2015 Differenza mqabbla mat-2 ta’ Jannar 2015 – xiri Differenza mqabbla mat-2 ta’ Jannar 2015 – fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 31.3 biljun EUR 1.7 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 1.8 biljun - -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.3 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 60.5 biljun għal EUR 242.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 343,866 52
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 272,618 −880
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,463 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
191,154 −881
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 32,597 3,886
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,377 720
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,377 720
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 585,645 −44,096
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 112,335 −43,794
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 473,285 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2 −323
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 24 21
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,370 −2,030
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 593,205 791
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 218,949 1,706
7.2 Titoli oħra 374,257 −915
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,715 0
9 Assi oħra 235,428 −5,616
Assi Totali 2,168,821 −47,173
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,006,862 −10,212
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 316,096 −48,398
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 242,351 −60,462
2.2 Faċilità ta’ depożitu 73,702 12,022
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 44 43
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,269 19
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,915 13,025
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,941 13,049
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 27,974 −24
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 50,793 3,855
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,432 1,166
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,032 −445
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,032 −445
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,374 0
10 Passiv ieħor 214,495 −6,414
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,898 0
12 Kapitali u riżervi 94,655 230
Total tal-passiv 2,168,821 −47,173

Kuntatti midja