Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-31 ta’ Diċembru 2014

7 ta' Jannar 2015

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Iż-żieda ta’ EUR 9.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) fil-perjodu bejn is-26 u l-31 ta’ Diċembru 2014 kienet dovuta għall-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 4.7 biljun għal EUR 235.9 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

Fil-jiem imsemmija, l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 372.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 1,016.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 29.7 biljun għal EUR 36.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 33.1 biljun għal EUR 582.1 biljun. Nhar it-Tlieta 30 ta’ Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 156.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.9 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 48.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 43.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 217.2 biljun minħabba l-amortizzament tal-primjums jew l-iskonti bħala parti mill-proċessi ta’ tmiem it-trimestru. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-31 ta Diċembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - fidi Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - aġġustamenti ta tmiem it-trimestru
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.8 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 29.6 biljun - - - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 1.7 biljun - - -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.3 biljun - - + EUR 0.4 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 61.8 biljun għal EUR 318.2 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2014 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 987.769 kull uqija fina

USD (Dollaru Amerikan): 1.2141 kull EUR

JPY (Yen Ġappuniż): 145.23 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.1924 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 343,630 0 9,101
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 270,231 −440 4,587
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,298 −38 1,025
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
188,932 −402 3,562
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,940 −1,301 588
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,905 −476 −52
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,905 −476 −52
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 630,341 37,855 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 156,129 36,967 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 473,285 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 924 885 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,939 1,225 26
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 589,511 −650 2,642
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 217,242 23 318
7.2 Titoli oħra 372,269 −674 2,324
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,715 −2 −9
9 Assi oħra 241,042 1,852 3,061
Assi Totali 2,208,253 38,062 19,944
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,016,616 −587 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 366,511 66,546 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 318,245 61,806 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 48,266 4,740 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,635 −245 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 64,523 −28,521 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 36,770 −29,663 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 27,753 1,142 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,927 671 17
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,271 −39 42
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,753 −2,227 193
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,753 −2,227 193
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,211 0 717
10 Passiv ieħor 221,055 2,464 3,774
11 Kont tar-rivalutazzjoni 330,733 0 15,197
12 Kapitali u riżervi 94,020 0 4
Total tal-passiv 2,208,253 38,062 19,944

Kuntatti midja