Menu

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-26 ta’ Diċembru 2014

30 ta' Diċembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-26 ta’ Diċembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 231.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 370.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 13.4 biljun għal EUR 1,017.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 14.1 biljun għal EUR 66.4 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 8.5 biljun għal EUR 549 biljun. Nhar it-Tlieta, it-23 ta' Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 99 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 119.2 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.

Matul il-ġimgħa tħallsu EUR 7.1 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (b'mod simili għall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 43.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 38.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 216.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fis-26 ta’ Diċembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 29.7 biljun EUR 1.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 1.7 biljun EUR 0.3 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 143.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 11.3 biljun għal EUR 256.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,529 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 266,084 142
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,311 −19
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
185,773 161
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,654 814
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,434 135
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,434 135
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 592,486 13,100
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 119,162 20,135
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 473,285 −7,071
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 39 36
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,687 647
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 587,519 1,629
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 216,901 1,387
7.2 Titoli oħra 370,618 242
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,726 0
9 Assi oħra 236,128 −1,022
Assi Totali 2,150,247 15,445
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,017,202 13,414
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 299,964 15,944
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 256,439 11,344
2.2 Faċilità ta’ depożitu 43,525 4,600
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,880 −33
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,044 −13,778
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,433 −14,118
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 26,611 340
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,239 323
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,268 −69
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,787 −261
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,787 −261
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 214,817 −97
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 94,015 2
Total tal-passiv 2,150,247 15,445

Kuntatti midja