Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fid-19 ta’ Diċembru 2014

23 ta' Diċembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fid-19 ta’ Diċembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 229.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 370.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 11.2 biljun għal EUR 1,003.8 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 15.8 biljun għal EUR 80.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 82.8 biljun għal EUR 540.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 105.2 biljun, u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 99 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum ġiet konkluża operazzjoni speċifika ta' rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO) ta' EUR 129.8 biljun b'maturità ta' 1,379 jum.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 11 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 22.3 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 39.8 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 38.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 26.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 215.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fid-19 ta’ Diċembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 28.8 biljun - EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 28.5 biljun EUR 3.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 1.5 biljun EUR 0.7 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 143.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 56.4 biljun għal EUR 245.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,529 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 265,942 −385
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,330 −875
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
185,612 490
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,840 690
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,299 −136
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,299 −136
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 579,386 95,183
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 99,027 −6,194
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 480,356 101,461
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3 −84
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,040 3,475
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 585,890 5,990
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 215,514 3,977
7.2 Titoli oħra 370,377 2,013
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,726 −1
9 Assi oħra 237,151 −4,760
Assi Totali 2,134,802 100,056
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 1,003,788 11,167
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 284,020 68,829
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 245,095 56,411
2.2 Faċilità ta’ depożitu 38,925 12,428
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −10
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,913 104
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 106,822 14,515
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,551 15,787
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 26,271 −1,272
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,915 6,440
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,336 209
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,049 727
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,049 727
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 214,914 −1,935
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 94,013 0
Total tal-passiv 2,134,802 100,056

Kuntatti midja