Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Diċembru 2014

16 ta' Diċembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Diċembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 1.4 biljun għal EUR 230.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 368.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 3.7 biljun għal EUR 992.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 6.2 biljun għal EUR 64.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 5.4 biljun għal EUR 457.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 98 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 105.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 14-il biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (kważi l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 26.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 28 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 211.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-12 ta’ Diċembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 29.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 24.8 biljun EUR 3.8 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 0.8 biljun EUR 0.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 143.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 10.9 biljun għal EUR 188.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,529 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 266,328 −1,174
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,205 −2,457
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
185,122 1,283
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,149 −344
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,435 1,247
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,435 1,247
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 484,203 −6,870
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 105,221 7,175
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 378,895 −14,041
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 87 −4
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 54,565 −3,587
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 579,900 5,137
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 211,536 4,016
7.2 Titoli oħra 368,364 1,121
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 241,911 2,244
Assi Totali 2,034,746 −3,345
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 992,621 3,688
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 215,191 9,400
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 188,684 10,911
2.2 Faċilità ta’ depożitu 26,497 −1,518
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 10 7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,810 −12
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,307 −15,424
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,763 −6,208
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 27,543 −9,216
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,476 801
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,127 −351
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,321 201
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,321 201
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 216,850 −1,648
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 94,013 0
Total tal-passiv 2,034,746 −3,345

Kuntatti midja