Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-5 ta’ Diċembru 2014

9 ta' Diċembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-5 ta’ Diċembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 1 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.8 biljun għal EUR 231.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 367.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 7.9 biljun għal EUR 988.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 14.9 biljun għal EUR 71 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 14.9 biljun għal EUR 463.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 114.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 98 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 5.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 28 biljun (imqabbel ma’ EUR 35.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 3.4 biljun għal EUR 207.5 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-5 ta’ Diċembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 29.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 20.9 biljun EUR 3.1 biljun -
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi EUR 0.6 biljun EUR 0.2 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 143.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 30.5 biljun għal EUR 177.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,529 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 267,502 3,252
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,662 59
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
183,839 3,193
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,493 −1,271
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,188 −481
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,188 −481
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 491,073 −22,714
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 98,046 −16,258
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 392,936 −5,864
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 91 −591
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,152 40
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 574,763 4,520
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 207,520 3,359
7.2 Titoli oħra 367,243 1,161
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 239,666 854
Assi Totali 2,038,091 −15,801
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 988,933 7,925
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 205,792 −38,285
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 177,773 −30,482
2.2 Faċilità ta’ depożitu 28,015 −7,802
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,822 102
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,731 15,430
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 70,971 14,873
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 36,759 557
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,675 −184
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,479 365
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,120 −168
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,120 −168
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 218,497 −986
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 94,013 0
Total tal-passiv 2,038,091 −15,801

Kuntatti midja