European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-28 ta’ Novembru 2014

2 ta' Diċembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Novembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 2 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1.1 biljun għal EUR 230.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 366.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 981 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 28.6 biljun għal EUR 56.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 1 biljun għal EUR 478 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Novembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 102.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 114.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 7.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 18.3 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 8.6 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 35.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 22 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 204.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fit-28 ta’ Novembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 29.3 biljun - -
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 12.8 biljun - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 17.8 biljun EUR 5.1 biljun -
Programm ta’ Xiri ta’ Titoli Koperti b’Assi EUR 0.4 biljun EUR 0.4 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 143.9 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 32.7 biljun għal EUR 208.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,530 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 264,250 −199
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,603 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
180,646 −199
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,764 700
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,668 −1,033
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,668 −1,033
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 513,786 14,822
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 114,304 11,716
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 398,800 2,560
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 682 679
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −133
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,112 −2,844
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 570,243 6,802
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 204,161 5,197
7.2 Titoli oħra 366,082 1,605
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 238,812 2,482
Assi Totali 2,053,892 20,727
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 981,008 5,873
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 244,076 46,497
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 208,255 32,718
2.2 Faċilità ta’ depożitu 35,817 13,794
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 4 −15
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,720 −31
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,300 −28,456
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,098 −28,586
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 36,202 130
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,859 −1,281
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,113 −6
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,288 −562
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,288 −562
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 219,484 −7
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 94,013 −1,300
Total tal-passiv 2,053,892 20,727
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja