Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-14 ta’ Novembru 2014

18 ta' Novembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-14 ta’ Novembru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.6 biljun għal EUR 227.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 365 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 976.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 9.2 biljun għal EUR 67.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 10.3 biljun għal EUR 471.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 98.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 98.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 6.4 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 25.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 42 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 198 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fl-14 ta’ Novembru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 29.9 biljun - EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 13.1 biljun - EUR 0.1 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 10.5 biljun EUR 3.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.6 biljun - -

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 3.9 biljun għal EUR 187 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,532 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 263,159 1,781
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 83,806 −100
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
179,353 1,881
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,020 −57
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,608 461
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,608 461
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 496,721 −6,095
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 98,421 231
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 398,190 −6,432
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 110 106
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,042 −1,652
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 563,038 2,490
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 198,048 2,486
7.2 Titoli oħra 364,989 4
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 237,308 1,491
Assi Totali 2,028,156 −1,580
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 976,902 −295
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 212,688 −12,493
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 187,042 3,911
2.2 Faċilità ta’ depożitu 25,627 −16,405
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 19 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,521 121
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 103,366 9,628
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,472 9,223
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 35,894 405
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,659 −818
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,115 −175
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,682 1,339
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,682 1,339
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 216,880 1,113
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 95,313 0
Total tal-passiv 2,028,156 −1,580

Kuntatti midja