Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-31 ta’ Ottubru 2014

4 ta' Novembru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-31 ta’ Ottubru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 227.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 364.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 975.2 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 45.4 biljun għal EUR 56.8 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 12.4 biljun għal EUR 489.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 92.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 118.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 6.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 10.2 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 5.7 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 38.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 27.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 192.9 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.

Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja Valur rappurtat fil-31 ta’ Ottubru 2014 Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Xiri Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet − Fidi
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 EUR 30.4 biljun - EUR 0.5 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 EUR 13.2 biljun - EUR 0.2 biljun
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 EUR 4.8 biljun EUR 3.1 biljun -
Programm tas-Swieq tat-Titoli EUR 144.6 biljun - EUR 1.8 biljun

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 41.6 biljun għal EUR 211.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,532 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 262,933 −648
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 84,285 −1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
178,648 −647
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,904 1,034
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,340 1,134
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 22,340 1,134
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 527,627 23,724
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 118,152 25,234
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 408,472 −2,286
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,003 803
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −27
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,831 −1,006
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 557,088 −4,089
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 192,933 583
7.2 Titoli oħra 364,154 −4,672
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 233,088 −862
Assi Totali 2,052,070 19,287
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 975,233 4,127
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 250,027 52,876
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 211,585 41,580
2.2 Faċilità ta’ depożitu 38,415 11,288
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27 8
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,781 25
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,070 −40,971
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,837 −45,393
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 36,234 4,423
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,122 2,956
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,346 234
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,282 −122
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,282 −122
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 215,866 160
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 95,313 1
Total tal-passiv 2,052,070 19,287
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja