European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-3 ta’ Ottubru 2014

8 ta' Ottubru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Ottubru 2014 iż-żieda ta’ EUR 0.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet bi EUR 13.5 biljun għal EUR 227.2 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 367.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 975.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 17.6 biljun għal EUR 69.5 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 12-il biljun għal EUR 483.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Ottubru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 90.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 4.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 30.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 24.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 194.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru, flimkien mal-fidi ta’ titoli li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-3 ta’ Ottubru 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 149.1 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 31.9 biljun u EUR 13.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 2.6 biljun għal EUR 206.8 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Settembru 2014 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti tatmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 961.615 kull uqija fina

USD (Dollaru Amerikan): 1.2583 kull EUR

JPY (Yen Ġappuniż): 138.11 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.1779 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 334,530 0 96
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 263,051 769 13,839
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 84,491 62 3,224
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
178,560 706 10,615
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,848 −393 1,790
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,642 160 −3
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,642 160 −3
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 513,916 −6,311 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 89,075 −1,232 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 424,724 −4,869 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 117 −209 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,973 676 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 561,851 −2,372 2,375
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 194,627 −293 407
7.2 Titoli oħra 367,224 −2,079 1,968
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0 18
9 Assi oħra 238,131 −2,740 7,530
Assi Totali 2,053,668 −10,212 25,645
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 975,140 5,095 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 237,131 3,014 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 206,777 −2,634 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 30,353 5,648 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,773 −52 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 100,000 −16,597 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 69,494 −17,648 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 30,506 1,051 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,006 724 23
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 913 43 59
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 7,262 −208 480
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,262 −208 480
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0 2,126
10 Passiv ieħor 221,101 −2,231 8,837
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0 14,119
12 Kapitali u riżervi 95,312 0 0
Total tal-passiv 2,053,668 −10,212 25,645
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja