Menu

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-22 ta’ Awwissu 2014

26 ta' Awissu 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-22 ta' Awwissu 2014, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f'deheb (il-partita A1) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 213.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
21 ta' Awwissu 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 75 miljun USD 75 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 362.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 970.3 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 8.7 biljun għal EUR 66.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 9.2 biljun għal EUR 472 biljun. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Awwissu 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 108.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 107.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 2.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 25.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 19.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f ’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 195.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-22 ta’ Awwissu 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 148.7 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 32.9 biljun u EUR 13.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 16.4 biljun għal EUR 205.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,433 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 249,284 211
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,833 11
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
168,451 200
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,308 −232
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,904 653
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,904 653
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 497,636 −3,395
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 107,612 −591
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 389,963 −2,861
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 57 57
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,941 −4,818
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 557,715 −3,165
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 195,445 −3,566
7.2 Titoli oħra 362,270 401
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,709 0
9 Assi oħra 241,089 588
Assi Totali 2,013,019 −10,156
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 970,274 −5,368
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 230,875 −10,626
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 205,216 −16,404
2.2 Faċilità ta’ depożitu 25,626 5,777
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 33 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,801 −3
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,070 8,786
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,369 8,695
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 28,700 92
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,998 −1,770
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,082 71
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,850 −271
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,850 −271
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,368 0
10 Passiv ieħor 212,973 −974
11 Kont tar-rivalutazzjoni 301,418 0
12 Kapitali u riżervi 95,312 0
Total tal-passiv 2,013,019 −10,156

Kuntatti midja