Menu

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-4 ta’ Lulju 2014

9 ta' Lulju 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Lulju 2014 iż-żieda ta’ EUR 8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet bi EUR 3.3 biljun għal EUR 213-il biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv u għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni reċiproka permanenti dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 361.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 963.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 31.6 biljun għal EUR 100.3 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 24.3 biljun għal EUR 518.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Lulju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 115-il biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 97.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 27.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 25.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 4.5 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 4.7 biljun għal EUR 205.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli, flimkien mal-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-4 ta’ Lulju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 156.3 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 34.8 biljun u EUR 14.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.5 biljun għal EUR 214.2 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2014 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:

Deheb: EUR 961.3410 kull uqija fina

USD (Dollaru Amerikan): 1.3658 kull EUR

JPY (Yen Ġappuniż): 138.44 kull EUR

SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.1321 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 334,430 0 7,950
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 249,595 1,981 3,198
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,670 241 827
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
167,925 1,740 2,371
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,284 −1,396 287
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,226 −342 5
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,226 −342 5
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 545,900 −22,474 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 97,103 −17,938 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 448,796 −4,480 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −55 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,641 −3,558 1
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 566,898 −5,952 2,276
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 205,207 −5,171 457
7.2 Titoli oħra 361,691 −782 1,818
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,705 −524 −38
9 Assi oħra 243,614 −1,496 2,276
Assi Totali 2,070,293 −33,761 15,955
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 963,889 5,574 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 241,538 −1,620 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 214,246 −3,481 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 27,275 1,852 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 17 10 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,671 −4,889 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 141,117 −30,451 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 100,263 −31,610 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 40,854 1,159 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,942 −2,786 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,035 223 3
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,439 −127 89
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,439 −127 89
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,368 0 538
10 Passiv ieħor 206,568 315 2,820
11 Kont tar-rivalutazzjoni 301,418 0 12,505
12 Kapitali u riżervi 95,309 0 0
Total tal-passiv 2,070,293 −33,761 15,955

Kuntatti midja