Menu

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-27 ta’ Ġunju 2014

1 ta' Lulju 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Ġunju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 209.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Matul il-ġimgħa l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 360.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 958.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 131.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 4.5 biljun għal EUR 542.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 97.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 115-il biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 11.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 10.4 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 12.6 biljun mill-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 25.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 26.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu kważi l-istess, EUR 209.9 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-27 ta’ Ġunju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 160.6 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 35.1 biljun u EUR 14.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 6.5 biljun għal EUR 217.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,479 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,416 1
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,602 −349
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,814 350
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,394 −1,148
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,563 159
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,563 159
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 568,373 3,355
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 115,041 17,154
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 453,276 −13,849
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 56 50
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,198 2,300
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 570,574 1,201
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 209,920 0
7.2 Titoli oħra 360,654 1,201
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,267 0
9 Assi oħra 242,834 2,256
Assi Totali 2,088,099 8,124
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 958,314 2,384
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 243,158 5,380
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 217,727 6,502
2.2 Faċilità ta’ depożitu 25,423 −1,121
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 7 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,560 546
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 171,568 3,272
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 131,873 1,785
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 39,695 1,487
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,728 −1,921
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 809 −248
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,477 −715
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,477 −715
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 203,433 −579
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 95,309 4
Total tal-passiv 2,088,099 8,124

Kuntatti midja