Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ Ġunju 2014

24 ta' Ġunju 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Ġunju 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 209.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ Ġunju 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 50 miljun -

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 359.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 955.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 40.9 biljun għal EUR 130.1 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 56.8 biljun għal EUR 538.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ġunju 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 136.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 97.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 108.6 biljun f’ depożiti fissi.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 3.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi xejn filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 26.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 17.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 209.9 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ Ġunju 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 160.6 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 35.1 biljun u EUR 14.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet bi EUR 11.4 biljun għal EUR 211.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,479 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,415 −3,069
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,950 −602
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,464 −2,467
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,542 2,143
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,404 −432
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,404 −432
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 565,019 −42,598
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 97,887 −38,879
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 467,126 −3,714
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 5 −5
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 62,898 −916
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 569,373 −593
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 209,920 −2,623
7.2 Titoli oħra 359,453 2,030
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 27,267 0
9 Assi oħra 240,579 1,160
Assi Totali 2,079,975 −44,306
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 955,931 −619
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 237,777 −88,037
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 211,226 11,395
2.2 Faċilità ta’ depożitu 26,544 9,369
2.3 Depożiti fissi 0 −108,650
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 7 −151
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,014 5,352
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 168,296 44,151
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 130,087 40,873
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 38,209 3,278
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,649 −5,456
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,057 86
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,192 −396
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,192 −396
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 204,012 −1,290
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 95,305 1,902
Total tal-passiv 2,079,975 −44,306
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja