Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ April 2014

23 ta' April 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-18 ta’ April 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 209.4 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 363.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 7.8 biljun għal EUR 951.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 63.7 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 9.9 biljun għal EUR 452.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ April 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 104.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 112.2 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 172.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-ammont ta’ EUR 153.4 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 8.3 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 30.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 21.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu l-istess. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ April 2014 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 172.5 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 37.8 biljun u EUR 14.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b'EUR 4.7 biljun għal EUR 202.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 326,546 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,108 −314
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,944 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,164 −309
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,836 327
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,340 −388
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,340 −388
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 636,308 −418
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 112,165 7,546
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 523,842 −8,265
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 301 301
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,597 −1,315
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 588,317 250
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 224,668 0
7.2 Titoli oħra 363,650 250
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,219 0
9 Assi oħra 239,528 577
Assi Totali 2,167,801 −1,281
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 951,934 7,780
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 386,397 −5,639
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 202,945 4,713
2.2 Faċilità ta’ depożitu 30,057 8,903
2.3 Depożiti fissi 153,364 −19,137
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 32 −118
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,057 −49
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 98,691 −1,177
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 63,698 −5,161
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 34,992 3,984
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78,287 −4,583
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,303 232
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,412 −449
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 4,412 −449
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,830 0
10 Passiv ieħor 208,000 2,605
11 Kont tar-rivalutazzjoni 288,913 0
12 Kapitali u riżervi 92,978 0
Total tal-passiv 2,167,801 −1,281

Kuntatti midja