Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Marzu 2014

1 ta' April 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Marzu 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 207.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
27 ta’ Marzu 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 83 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 100 miljun -
27 ta’ Marzu 2014 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 50 miljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 362 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 938.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 12.2 biljun għal EUR 89.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 3 biljun għal EUR 437 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Marzu 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 96.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 121.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 175.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 20.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 11.6 biljun filwaqt li ġew rimborżati EUR 18.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 28.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 34.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 228.4 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Marzu 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 175.7 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 37.9 biljun u EUR 14.7 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 16-il biljun għal EUR 179.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 303,134 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,548 −103
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 80,691 2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
163,857 −104
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,137 −757
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,742 −1,459
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,742 −1,459
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 640,766 −3,308
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 121,305 24,399
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 518,043 −28,206
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,417 500
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,988 −11,860
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 590,351 1,887
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 228,373 −211
7.2 Titoli oħra 361,978 2,098
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,237 0
9 Assi oħra 238,201 1,623
Assi Totali 2,152,103 −13,977
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 938,728 1,789
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 382,918 −22,322
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,162 −16,039
2.2 Faċilità ta’ depożitu 28,256 −6,280
2.3 Depożiti fissi 175,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,499 4,404
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,133 13,690
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 89,910 12,218
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 27,223 1,472
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 81,607 −6,634
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,408 431
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,716 −1,176
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,716 −1,176
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,717 0
10 Passiv ieħor 206,808 −4,398
11 Kont tar-rivalutazzjoni 262,876 0
12 Kapitali u riżervi 92,692 239
Total tal-passiv 2,152,103 −13,977

Kuntatti midja