Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Jannar 2014

14 ta' Jannar 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Jannar 2014 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 1 biljun għal EUR 205.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Fil-ġimgħa li għaddiet ma saret ebda tranżazzjoni min-naħa tal-Eurosistema għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 354.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu bi EUR 11.2 biljun għal EUR 941.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 57.9 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 102.2 biljun għal EUR 457 biljun. Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 168.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 112.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw EUR 104.8 biljun f’ depożiti fissi u nġabru EUR 179 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 59.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 88.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) baqgħu kważi l-istess, EUR 235.9 biljun. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-10 ta’ Jannar 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 178.8 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 41.6 biljun u EUR 15.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 96.6 biljun għal EUR 202.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 303,156 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 244,348 2,785
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 81,647 −25
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,701 2,810
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,500 −737
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,835 1,640
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,835 1,640
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 695,884 −56,376
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 112,458 −56,204
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 583,325 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 31 −239
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 70 68
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,112 −1,434
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 590,823 −361
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 235,929 0
7.2 Titoli oħra 354,894 −361
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 28,287 0
9 Assi oħra 241,562 −3,571
Assi Totali 2,220,507 −58,053
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 941,731 −11,168
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 441,259 −50,778
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 202,327 −96,617
2.2 Faċilità ta’ depożitu 59,753 −28,460
2.3 Depożiti fissi 179,000 74,158
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 179 140
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,715 5,476
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 81,776 770
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,909 2,415
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 23,868 −1,645
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 110,485 −3,725
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,450 −1,341
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,513 2,343
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,513 2,343
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,717 0
10 Passiv ieħor 221,281 371
11 Kont tar-rivalutazzjoni 262,876 0
12 Kapitali u riżervi 90,703 2
Total tal-passiv 2,220,507 −58,053

Kuntatti midja