Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Novembru 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Novembru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 207.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-Eurosistema ma għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System fil-ġimgħa li għaddiet.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 351.7 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 924.5 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 26.1 biljun għal EUR 62.7 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 4.4 biljun għal EUR 500 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ottubru 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 90.6 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 89.3 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 188 biljun f’ depożiti fissi u nġabar l-istess ammont ta’ depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 2.7 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 1.9 biljun filwaqt li ammont ta’ EUR 1.8 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ġie rimborżat qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien kważi xejn (l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 52.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 51.3 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 241.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati kemm fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kif ukoll fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Novembru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 184.1 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 42 biljun u EUR 15.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 3.2 biljun għal EUR 226.9 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,919 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 244,795 | −607 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,176 | 30 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
161,619 | −636 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 22,175 | 852 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,467 | −280 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,467 | −280 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 740,153 | −3,749 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 89,319 | −1,286 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 650,810 | −2,486 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 24 | 24 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 1 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 80,406 | 3,151 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 593,354 | −1,631 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 241,614 | −4,131 | |
7.2 | Titoli oħra | 351,740 | 2,500 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,328 | 0 | |
9 | Assi oħra | 239,794 | −2,088 | |
Assi Totali | 2,314,393 | −4,351 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 924,528 | 6,655 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 467,102 | −2,560 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 226,935 | −3,221 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 52,127 | 792 | |
2.3 | Depożiti fissi | 188,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 39 | −131 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,692 | 195 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 110,342 | −8,671 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 62,677 | −26,076 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 47,665 | 17,405 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 123,510 | −3,151 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,241 | −484 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,999 | 439 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,999 | 439 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,565 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 228,460 | 3,225 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 304,534 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,420 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,314,393 | −4,351 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja