Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-11 ta’ Ottubru 2013
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Ottubru 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 207.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
10 ta’ Ottubru 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 27 miljun | - |
10 ta’ Ottubru 2013 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 85 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 113 miljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 353.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 920.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu bi EUR 3.2 biljun għal EUR 73.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 6.3 biljun għal EUR 512.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Ottubru 2013, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 94.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 93.4 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 187.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 188 biljun f’depożiti ġodda b’maturità ta’ ġimgħa.
Matul il-ġimgħa, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 3.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 3.4 biljun filwaqt li tħallsu EUR 7.7 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 52.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 55.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 246.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Ottubru 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 188.2 biljun filwaqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 42.8 biljun u EUR 15.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 2.7 biljun għal EUR 268 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,919 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 245,653 | 283 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 83,479 | −14 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
162,174 | 297 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 20,883 | −592 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 22,760 | −812 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 22,760 | −812 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 753,023 | −8,544 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 93,366 | −1,100 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 659,342 | −7,657 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 314 | 213 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 76,035 | 1,913 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 599,711 | −190 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 246,574 | −419 | |
7.2 | Titoli oħra | 353,137 | 230 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 28,328 | 0 | |
9 | Assi oħra | 250,110 | −2,219 | |
Assi Totali | 2,340,421 | −10,160 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 920,120 | −1,613 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 508,620 | 398 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 268,047 | 2,681 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 52,553 | −2,783 | |
2.3 | Depożiti fissi | 188,000 | 500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 20 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,927 | −118 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 94,146 | −9,628 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 73,395 | −3,187 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 20,751 | −6,441 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 131,122 | 1,965 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,365 | 248 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,321 | −700 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 3,321 | −700 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 53,565 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 226,281 | −712 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 304,534 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 90,420 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,340,421 | −10,160 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja