Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-8 ta’ Frar 2013

12 ta' Frar 2013

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Frar 2013 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 216.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
7 ta’ Frar 2013 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1 biljun USD 1 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 306.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 883.4 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.9 biljun għal EUR 66.6 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 28.3 biljun għal EUR 654 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Frar 2013 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 124.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 129.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw b’kemm jiswew EUR 208.5 biljun f’ depożiti fissi u nġabru b’kemm jiswew EUR 205.5 biljun f’depożiti ġodda, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa tħallas ammont ta’ EUR 3.5 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien żero (imqabbel ma’ EUR 7 miljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 157.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 181 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 270.6 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija mill-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Frar 2013 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 205.4 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 48.9 biljun u EUR 16.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 35 biljun għal EUR 443.1 biljun.

Affarijiet oħra

Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Frar 2013 it-tnaqqis fil- klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv) kien dovut l-aktar għal tnaqqis fir-rikors għall-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza, minħabba l-likwidazzjoni ta’ kontroparti. Iż-żieda simultanja fl- assi oħra (il-partita 9 tal-attiv) hija dovuta l-aktar għall-approprjazzjoni tal-kollateral relatat minn bank ċentrali nazzjonali.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 438,688 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 253,271 −1,779
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 87,016 −330
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
166,255 −1,449
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,191 −512
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 21,299 −747
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 21,299 −747
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,017,150 1,668
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 129,308 5,159
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 887,843 −3,484
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −7
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,170 −40,117
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 576,795 827
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 270,617 −252
7.2 Titoli oħra 306,178 1,079
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 29,912 0
9 Assi oħra 315,095 38,534
Assi Totali 2,767,571 −2,124
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 883,401 −453
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 806,283 8,345
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 443,102 34,952
2.2 Faċilità ta’ depożitu 157,198 −23,759
2.3 Depożiti fissi 205,500 −3,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 483 152
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,668 −124
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 104,011 −3,569
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 66,603 −5,943
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 37,409 2,374
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 174,285 −4,841
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,384 −1,126
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,567 −982
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,567 −982
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,952 0
10 Passiv ieħor 235,085 650
11 Kont tar-rivalutazzjoni 407,378 0
12 Kapitali u riżervi 85,557 −24
Total tal-passiv 2,767,571 −2,124
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja