Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Diċembru 2012

27 ta' Diċembru 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Diċembru 2012 iż-żieda ta’ EUR 2 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema wieħed kif ukoll għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.5 biljun għal EUR 226.1 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta’ Diċembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 3.3 biljun -
20 ta’ Diċembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 0.6 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmumin għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 308.4 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 11.9 biljun għal EUR 910.8 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 9.7 biljun għal EUR 105.9 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 5 biljun għal EUR 684 biljun. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Diċembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 73.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 72.7 biljun, b’maturità ta’ disat ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 208.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ disat ijiem. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru 2012, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 18.7 biljun u ġiet irregolata waħda ġdida ta’ EUR 15.0 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 13.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 229.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 225.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 276.8 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-21 ta’ Diċembru 2012, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmumin skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 52.1 biljun u EUR 16.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 15.3 biljun għal EUR 489.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 479,115 2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 258,034 −1,508
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 89,006 −481
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
169,028 −1,027
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 33,690 −1,395
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,088 1,685
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,088 1,685
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,122,338 8,639
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 72,682 −534
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,035,771 −4,402
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 13,871 13,610
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 14 −34
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 208,292 −20,695
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 585,216 −353
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 276,807 −205
7.2 Titoli oħra 308,408 −148
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,008 0
9 Assi oħra 275,419 14
Assi Totali 3,011,200 −13,612
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 910,762 11,914
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 928,014 −11,616
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 489,680 −15,268
2.2 Faċilità ta’ depożitu 229,384 4,322
2.3 Depożiti fissi 208,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 450 −669
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,187 533
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 145,654 −18,270
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 105,929 −9,657
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 39,725 −8,613
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 178,472 3,571
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,513 −1,531
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 6,887 1,117
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 6,887 1,117
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,243 0
10 Passiv ieħor 237,091 670
11 Kont tar-rivalutazzjoni 452,824 0
12 Kapitali u riżervi 85,552 0
Total tal-passiv 3,011,200 −13,612

Kuntatti midja