Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Settembru 2012

11 ta' Settembru 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Settembru 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.9 biljun għal EUR 238.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Settembru 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 6.2 biljun USD 2.2 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 319.8 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 896.6 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 87.4 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 14.3 biljun għal EUR 666.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Settembru 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 131.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 126.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 209 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 326.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 346 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 278.9 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u patta bis-sħiħ għax-xiri konkluż matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-7 ta’ Settembru 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 208.8 biljun waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 54.7 biljun u EUR 15.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet bi EUR 8.2 biljun għal EUR 549.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 433,778 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 262,895 −51
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 91,083 1
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
171,812 −52
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 46,346 −2,701
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,654 −518
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,654 −518
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,205,288 −4,540
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 126,334 −5,150
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,077,721 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 891 301
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 341 310
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 216,250 −2,552
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 598,717 −581
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 278,923 −115
7.2 Titoli oħra 319,794 −466
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,042 1
9 Assi oħra 261,523 −333
Assi Totali 3,073,494 −11,275
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 896,584 150
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,088,019 −10,586
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 549,287 8,241
2.2 Faċilità ta’ depożitu 326,805 −19,152
2.3 Depożiti fissi 209,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,927 325
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,692 143
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,726 3,316
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 87,350 −936
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 26,376 4,252
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 174,233 −3,630
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 6,374 169
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,038 15
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,038 15
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,886 0
10 Passiv ieħor 230,352 −853
11 Kont tar-rivalutazzjoni 409,840 1
12 Kapitali u riżervi 85,750 0
Total tal-passiv 3,073,494 −11,275

Kuntatti midja