Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta’ Awwissu 2012

21 ta' Awissu 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Awwissu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 243.6 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
16 ta’ Awwissu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 7.0 biljun USD 9.3 biljun
16 ta’ Awwissu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 10.3 biljun USD 4.5 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità jitmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 321.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 900.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 11.3 biljun għal EUR 108.4 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 18.5 biljun għal EUR 667.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Awwissu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 133.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 130.6 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 211.5 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.9 biljun, bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel, waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 326.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 310.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 281.2 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri ta’ titoli skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Awwissu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 211.3 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 55 biljun u EUR 14.8 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 9.7 biljun għal EUR 542.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 433,778 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 261,438 1,054
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 90,163 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
171,275 1,053
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 51,131 −4,418
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,456 −315
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,456 −315
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,208,269 −2,466
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 130,578 −2,849
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,076,281 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 949 39
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 461 345
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 218,214 4,162
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 602,777 49
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 281,168 137
7.2 Titoli oħra 321,609 −88
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,041 0
9 Assi oħra 263,740 958
Assi Totali 3,085,845 −976
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 900,874 −406
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,082,749 6,356
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 542,145 −9,691
2.2 Faċilità ta’ depożitu 326,920 16,097
2.3 Depożiti fissi 211,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2,184 −50
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,578 319
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 131,583 −11,324
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 108,444 −11,315
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 23,139 −9
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 171,961 1,674
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,634 −2,329
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,415 877
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,415 877
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,886 0
10 Passiv ieħor 229,577 3,857
11 Kont tar-rivalutazzjoni 409,840 0
12 Kapitali u riżervi 85,749 0
Total tal-passiv 3,085,845 −976
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja