Rapport Finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Ġunju 2012

5 ta' Ġunju 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Ġunju 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut l-aktar għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li sar minn tliet banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 223.2 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
31 ta’ Mejju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.5 biljun

It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 324.3 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 884.9 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 24.9 biljun għal EUR 118.1 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 11.2 biljun għal EUR 117.8 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Mejju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 37.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 51.2 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 212-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont. Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 6.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 8.3 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 2.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 785 biljun (imqabbel ma’ EUR 760.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 280.8 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li sar skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamel tajjeb għat-titoli mifdija li kienu nxtraw skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Ġunju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 212.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.4 biljun u EUR 12.4 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4 biljun għal EUR 94 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 432,703 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 243,598 747
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,082 40
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
157,516 707
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 49,077 836
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,590 105
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,590 105
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,115,517 13,780
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 51,176 13,324
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,063,629 1,812
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 710 −1,356
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 250,592 4,011
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 605,113 10
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 280,823 268
7.2 Titoli oħra 324,290 −258
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,583 0
9 Assi oħra 257,820 2,794
Assi Totali 3,002,593 22,283
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 884,875 5,129
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,091,700 28,927
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 94,017 3,982
2.2 Faċilità ta’ depożitu 784,973 24,871
2.3 Depożiti fissi 212,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 710 74
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,399 125
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,026 −24,919
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 118,092 −24,863
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,934 −56
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 116,419 9,218
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 5,491 −1,208
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,279 2,130
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,279 2,130
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,716 0
10 Passiv ieħor 222,881 3,065
11 Kont tar-rivalutazzjoni 399,445 0
12 Kapitali u riżervi 85,363 −185
Total tal-passiv 3,002,593 22,283

Kuntatti midja