Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-25 ta’ Mejju 2012

29 ta' Mejju 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Mejju 2012, il-partita deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 tal-attiv) baqgħet l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqes il-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 2.4 biljun għal EUR 222.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
24 ta’ Mejju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.3 biljun
24 ta’ Mejju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 14.5 biljun USD 10.3 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 324.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 879.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 28.9 biljun għal EUR 143 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 6.7 biljun għal EUR 129 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Mejju 2012, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 43 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 37.9 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda fl-ammont ta’ EUR 212-il biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Matul il-ġimgħa, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal li jammontaw għal EUR 21.4 biljun tħallsu lura qabel il-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 760.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 789.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 280.6 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li sar matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li aktar milli bbilanċja l-fidi tat-titoli taħt l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fil-25 ta’ Mejju 2012, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 212.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 56.5 biljun u EUR 12 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 12.4 biljun għal EUR 90 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 432,704 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 242,850 627
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,041 −10
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
156,809 637
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 48,242 −2,720
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,485 −1,507
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,485 −1,507
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,101,736 −25,281
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 37,852 −5,136
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,061,818 −21,365
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,065 1,220
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 246,582 34,087
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 605,103 415
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 280,555 363
7.2 Titoli oħra 324,548 52
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,583 −6
9 Assi oħra 255,026 −566
Assi Totali 2,980,310 5,049
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 879,746 1,453
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,062,773 −44,406
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 90,035 −12,447
2.2 Faċilità ta’ depożitu 760,102 −29,613
2.3 Depożiti fissi 212,000 −2,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 637 −346
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,274 −5,241
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 153,945 28,823
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 142,955 28,941
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 10,990 −118
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,201 22,227
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 6,699 2,248
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 7,149 −1,940
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 7,149 −1,940
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,716 0
10 Passiv ieħor 219,816 1,877
11 Kont tar-rivalutazzjoni 399,445 0
12 Kapitali u riżervi 85,548 9
Total tal-passiv 2,980,310 5,049

Kuntatti midja