Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-18 ta’ Mejju 2012

22 ta' Mejju 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Mejju 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u f’ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 tal-attiv) irrifletta prinċipalment il-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 224.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
17 ta’ Mejju 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 0.3 biljun USD 0.3 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 324.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 878.3 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14.3 biljun għal EUR 114 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 23.5 biljun għal EUR 122.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Mejju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 39.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 43 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 789.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 763.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 280.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għall-fidi ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, li aktar milli bbilanċja x-xiri mwettaq taħt it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti matul il-ġimgħa. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Mejju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 212.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.6 biljun u EUR 11.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 44.3 biljun għal EUR 102.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 432,704 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 242,223 110
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,051 78
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
156,172 32
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 50,962 −563
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,992 −520
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,992 −520
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,127,017 2,935
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 42,988 3,701
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,083,183 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 845 −768
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 212,494 4,138
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 604,688 −2,898
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 280,192 −1,791
7.2 Titoli oħra 324,496 −1,106
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 30,589 0
9 Assi oħra 255,592 545
Assi Totali 2,975,261 3,746
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 878,293 3,114
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,107,179 −17,862
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 102,482 −44,333
2.2 Faċilità ta’ depożitu 789,715 26,596
2.3 Depożiti fissi 214,000 8
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 982 −133
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,515 958
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 125,123 14,512
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 114,015 14,297
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,108 216
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,974 2,859
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,451 365
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,089 −1,002
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,089 −1,002
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,716 0
10 Passiv ieħor 217,938 808
11 Kont tar-rivalutazzjoni 399,445 0
12 Kapitali u riżervi 85,539 −6
Total tal-passiv 2,975,261 3,746
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja