Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-20 ta’ April 2012

24 ta' April 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 227.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
19 ta’ April 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.3 biljun USD 0.9 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu bi EUR 18.5 biljun għal EUR 328.5 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 869.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 3.5 biljun għal EUR 155.3 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas bi EUR 38.8 biljun għal EUR 152 biljun. Nhar l-Erbgħa 18 ta’ April 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 55.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 51.8 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 775.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 742.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 281.1 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li ġie konkluż matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 214.2 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.8 biljun u EUR 10.2 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 35.5 biljun għal EUR 93.5 biljun.

Affarijiet oħra

Fil-ġimgħa li għalqet fl-20 ta’ April 2012 saret riklassifikazzjoni tal-kontijiet biex tiġi armonizzata l-iskopertura tal-likwidità ta’ emerġenza ( Emergency Liquidity Assistance – ELA) provduta mill-banek ċentrali tal-Eurosistema lil istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi taħt klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv). Dan jispjega prinċipalment għaliex titoli oħra (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu bi EUR 18.5 biljun, assi oħra (il-partita 9 tal-attiv) naqsu b’EUR 105.6 biljun waqt li klejms oħra mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati fl-euro (il-partita 6 tal-attiv) żdiedu b’EUR 121.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 432,706 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 240,381 712
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 86,122 20
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
154,258 693
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 54,618 105
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,271 −835
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,271 −835
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,142,714 −5,268
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 51,775 −3,587
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,090,626 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 311 −1,682
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 183,692 121,143
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 609,674 −18,037
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 281,148 468
7.2 Titoli oħra 328,526 −18,506
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,131 0
9 Assi oħra 252,923 −105,570
Assi Totali 2,967,109 −7,750
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 869,653 −4,639
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,084,186 −2,026
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 93,498 −35,520
2.2 Faċilità ta’ depożitu 775,650 32,825
2.3 Depożiti fissi 214,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,037 670
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,388 1
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 166,552 −3,256
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 155,266 −3,523
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,286 266
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 76,522 −319
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,819 223
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,587 741
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,587 741
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,716 0
10 Passiv ieħor 215,708 1,513
11 Kont tar-rivalutazzjoni 399,445 0
12 Kapitali u riżervi 85,532 13
Total tal-passiv 2,967,109 −7,750

Kuntatti midja