Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-23 ta’ Marzu 2012

27 ta' Marzu 2012

Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Marzu 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 250.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur Tip ta’ tranżazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
22 ta’ Marzu 2012 Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 2.3 biljun USD 1.8 biljun

It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 346.9 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 867 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bi EUR 17.6 biljun għal EUR 156.5 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 20.3 biljun għal EUR 152.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 42.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 59.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 218-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 11.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 785.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 758.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 279.3 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għamlu tajjeb għax-xiri konkluż matul il-ġimgħa skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-23 ta’ Marzu 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 213.5 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.9 biljun u EUR 8.9 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 42.9 biljun għal EUR 89.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 423,450 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 247,482 921
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 87,066 225
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,416 697
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 70,758 −596
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,645 627
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,645 627
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 1,155,888 6,403
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 59,543 17,365
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 1,095,505 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 834 −10,950
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 6 −11
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,708 2,438
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 626,257 −4,189
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 279,344 −4,056
7.2 Titoli oħra 346,913 −134
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 31,176 0
9 Assi oħra 351,486 −9,050
Assi Totali 2,982,849 −3,445
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 867,063 −2,043
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 1,092,866 −16,210
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 89,273 −42,900
2.2 Faċilità ta’ depożitu 785,393 26,639
2.3 Depożiti fissi 218,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 201 51
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,645 116
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 167,925 14,969
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 156,522 17,589
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 11,403 −2,620
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,704 −2,704
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,099 −802
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,696 1,320
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,696 1,320
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,942 0
10 Passiv ieħor 217,875 1,904
11 Kont tar-rivalutazzjoni 394,029 0
12 Kapitali u riżervi 83,004 4
Total tal-passiv 2,982,849 −3,445

Kuntatti midja